Ħamruniża ta’ 39 sena intbgħatet sena ħabs sospiża għal tliet snin wara li ammettiet li wettqet mill-inqas tmien serqiet.
Il-mara, serqet kartieri, mowbajl u prodotti tat-tabakk, bis-serqiet isiru bejn id-9 u t-30 t’Awwissu, minn ħwienet f’Santa Venera, Birkirkara u Ħal Qormi.
Il-prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Saviour Baldacchino u Jeffrey Scicluna qalu li l-mara kkoperat mal-pulizija, filfatt tat lura mowbajl li serqet.
Dr Amadeus Cachia u Dr Franco Debono, l-avukati tal-akkuzata qalu li l-mara għaddiet minn ħafna f’dan l-aħħar żmien u kienet tagħmel dawn l-atti sabiex tkun tista’ tmanti lil uliedha. Il-mara, li isimha ma jistax jixxandar b’ordni tal-Qorti, irnexxilha wkoll tgħeleb il-vizzju tad-droga.
Il-Maġistrat Dr Chairmaine Galea ordnat li l-mara tingħata l-għajnuna meħtieġa f’dawn it-tliet snin li ġejjin u biex tirritorna l-flus u l-affarijiet li serqet fi żmien sitt xhur.
//= $special ?>