Dal-lejl tħabbret il-mewt ta’ John Formosa fl-eta ta’ 87 sena, l-iktar soċju tal-MUSEUM – milli kienu għadhom ħajjin – li kien qrib il-Fundatur San Ġorġ Preca. Formosa kien Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà tal-Museum fis-snin tmenin u disgħin.
Huwa twieled il-Birgu iżda għex il-Gżira fejn fl-1949, sar membru tal-Museum. Ta’ 14-il sena sar jaf lill-Fundatur tas-Soċjetà, San Ġorġ Preca. Waqt il-laqgħat ma’ San Ġorġ Preca, Formosa kien jieħu n-noti fejn l-istess Dun Ġorġ kien jiddettalu wħud mill-kotba li ħareġ hu.
Hekk kif miet Dun Ġorġ, Formosa beda jippubblika rivista bl-isem ta’ “Dun Ġorġ”… rivista li kienet tinkludi studju speċjalizzat dwar il-ħajja tiegħu. John kien meqjus ukoll bħala espert fuq il-qaddisin fejn kien beda joħroġ sensiliet ta’ ħajjithom bl-isem ta’ “Profili”.
Matul ħajtu Formosa ħadem kemm felaħ biex San Ġorġ ikun dikkjarat qaddis.
//= $special ?>