Anzjana, li lbieraħ kienet involuta f’inċident fir-residenza San Vinċenz de Paul mietet dalgħodu.
Fi stqarrija s-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b’Diżabilità u Anzjanitá Attiva qal li l-anzjana li l-Ġimgħa kienet involuta f’inċident fir-residenza San Vinċenz de Paul mietet is-Sibt filgħodu.
L-anzjana weġġgħet meta kienet qed tittella’ fis-sodda permezz ta’ lifter.
Filwaqt li l-amministrazzjoni tar-residenza San Vinċenz de Paul ħatret investigazzjoni interna, il-każ għadda immedjatament għand il-pulizija għal iktar stħarriġ. Fuq il-każ issejħet ukoll inkjesta maġisterjali.
//= $special ?>