Franċiż ta’ 32 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’inċident tat-traffiku għal ħabta tas-siegħa ta’ filgħodu fil-Qawra.
Ir-raġel li jgħix l-Imsida kien qed isuq mutur u ħabat ma’ karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 53 sena mir-Rabat. L-inċident seħħ fi Triq il-Qawra.
Il-Franċiż ittieħed l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. Ix-xufier tal-karozza ma ġarrab l-ebda ġrieħi.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Charmaine Galea u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
//= $special ?>