Il-Papa Franġisku ħabbar fl-Angelus tal-Ħadd li kien jinsab tard minħabba li weħel fil-lift.
Huwa qal li kien ilu maqbud fil-lift madwar 25 minuta minħabba li kien hemm qtugħ fl-elettriku. Huwa rringrazzja lill-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li kien bis-saħħa tagħhom li ħareġ mil-lift.
Din iċ-ċirkustanza xejn ma qatgħet qalbu li jkompli l-jum u bit-tbissima fuq wiċċu beda t-talb tal-Angelus quddiem folla mdaqqsa ta’ nies li kienu jinsabu fi Pjazza San Pietru.
//= $special ?>