Lokali

Il-Bord tal-Kuntratti Pubbliċi twaqqa’ it-tender tal-Fast Ferry

It-tender tal-fast ferry waqa’ wara appell lill-Bord tal-Kuntratti Pubbliċi mill-kumpanija Virtù Ferries, li ħasset li t-tender kien intrebaħ b’mod li ma kienx ġust.

Il-gazzetta Times of Malta on Sunday irrappurtat li s-saga legali ilha għaddejja sentejn u ntemmet il-Ġimgħa, meta ġie deċiż li nkisru r-Regoli ta’ Procurement meta l-kuntratt li jiswa l-miljuni, ingħata lil Islands Ferry Network.

Ġie stabbilit ukoll illi l-kumpanija governattiva Gozo Channel kienet taf li kien hemm diskrepanzi tekniċi u legali minn kif mistenni fil-kuntratt, iżda xorta ffirmatu u rebbħet it-tender lil Islands Ferry Network.

Din hi kumpanija li skont Virtù Ferries kienet ilha mwaqqfa biss ftit ġimgħat, mingħajr esperjenza ta’ xejn u mingħajr ċertifikati internazzjonali li jirrikonoxxu l-operat ta’ fast ferry.

Fir-Ruling, il-Bord tal-Kuntratti Pubbliċi ddeċieda li jinħatar Kumitat ta’ Evalwazzjoni ġdid, li fih ma jkun hemm l-ebda membri mill-Kumitat preċedenti u li tnejn mill-membri jridu jkunu jifhmu fit-teknikalitajiet tar-Regoli Marittimi.

Oriġinarjament, l-ewwel Kumitat kien issuġġerixxa li l-kumpanija Virtù Ferries tingħata l-kuntratt, iżda l-Gozo Channel waqqaf Kumitat ġdid biex il-kuntratt ikun jista’ jintrebaħ minn Islands Ferry Network.

Kien għalhekk li Virtù Ferries ħadet azzjonijiet legali, li waslu għal dan ir-riżultat tal-Ġimgħa li għadda.

Il-saga legali ilha għaddejja sentejn u ntemmet nhar il-Ġimgħa fejn ġie deċiż li nkisru regoli ta’ procurement meta l-kuntratt ingħata lil ‘Islands Ferry Network’.

Ġie stabbilit ukoll illi l-kumpanija Gozo Channel – kumpanija governattiva – kienet taf li kien hemm diskrepanzi tekniċi u legali minn kif mistenni fil-kuntratt, iżda xorta waħda ffirmatu u rebbħet it-tender lil Islands Ferry Network; kumpanija li skont Virtù Ferries kienet ilha mwaqqfa biss ftit ġimgħat, mingħajr esperjenza ta’ xejn, u mingħajr ċertifikati internazzjonali li jirrikonoxxu l-operazzjoni ta’ fast-ferry.

Fir-ruling, il-Bord tal-Kuntratti Pubbliċi, iddeċieda li jinġatar kumitat ta’ evalwazzjoni ġdid, li fih ma jkun hemm l-ebda membri mill-kumitat preċedenti, u tnejn mill-membri jridu jkunu mgħarrfa fit-teknikalitajiet tar-regoli marittimi.

Oriġinarjament, l-ewwel kumitat kien issuġġerixxa li l-kumpanija Virtù Ferries tingħata l-kuntratt, iżda l-Gozo Channel waqqaf kumitat ġdid bil-għan ewlieni li jrebbaħ dan il-kuntratt lil Islands Ferry Network.

Naturalment, Virtù Ferries ma kienu ferħana xejn bl-aġir tal-Gozo Channel, u ħadet azzjonijiet legali li waslu fil-milja tagħhom nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Awwissu.