Lokali

Il-proġett ‘Central Link’ jinkwieta lil bdiewa

Bil-proġett Central Link se  jitqaċċtu ħafna iktar minn 500 siġra… Dan wara li l-Gvern mhux isemmi l-ammont ta’ siġar li se jkunu qed jitqaċċtu minn għelieqi sabiex posthom jittieħed minn triq b’żewġ karreġġjati…

Net News tkellem ma’ bidwi li għandu l-għalqa viċin Ħ’Attard u li ser jiġi affettwat mill-proġett Central Link minħabba li ser tittiħidlu biċċa kbira mill-għalqa tiegħu…

Il-Bidwi kompla jesprimi id-dispjaċir minħabba t-telf ta’ art, frott u ħxejjex u spjegalna kif għalxejn taqla’ siġra minn post u tpoġġiha f’post ieħor…

Jidher li il-bdiewa jinsabu imħassba mhux ħażin għall-fatt li minħabba li l-għelieqi se jkuni viċin wisq ta’ triq prinċipali, il-frott u l-ħxejjex se jispiċċa imniġġes u dan jikkawża nuqqas ta’ bejgħ lil dawn l-istess bdiewa.

Uffiċjalment jidher li se jkun hemm 47 bidwi li ser jiġi affettwat mill-proġett tat-twessigħ tat-toroq iżda in-numru huwa ħafna akbar minħabba li l-awtoritajiet mhux qed jgħoddu qraba u ħbieb li jgħinu fl-għelieqi.

Il-proġett tas-Central se jeqred iktar minn 55,000 metru kwadru ta’ art agrikola. Dan apparti l-qerda ta’ għexieren ta’ siġar mir-rotta li fiha se tinbena l-bypass il-ġdida li tgħaddi minn Ħ’Attard.