Raġel li l-età tiegħu mhux magħrufa, irrifjuta l-assistenza medika wara inċident bil-mutur is-Sibt filgħaxija fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema.
Mill-ewwel indikazzjonijiet deher li s-sewwieq tilef il-kontroll tal-mutur u waqa’. Mhux magħruf x’ikkawża dan.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30 ta’ filgħaxija.
Il-pulizija kkonfermaw dan l-inċident iżda qalulna li r-raġel tal-mutur ma riedx jirċievi l-assistenza medika.
B’kawża tal-inċident, fiz-zona, inġemma’ ammont kbir ta’ traffiku.
//= $special ?>