Sport Waterpolo

Marsaskala fil-finali tal-play-off kontra Valletta

(Ritratt: Martin Agius)

Stewart Said

MARSASKALA FISH AND FISH………. 13

BIRŻEBBUĠA FREEPORT……………….. 7

(1-1), (4-2), (3-0), (5-4)

Marsaskala Fish and Fish se jikkontestaw il-finali tal-play-off għar-rebħ tal-kampjonat kontra Valletta wara li meritatament għelbu lil Birżebbuġa Freeport 13-7 b’tal-aħħar itemmu staġun ieħor mingħajr suċċess wara li kienu sfidanti denji.

Jean Claude Cutajar poġġa lil Marsaskala fil-vantaġġ fl-ewwel azzjoni tal-logħba iżda Antonio Petkovic ġab id-draw ftit wara. F’din is-sessjoni, Birżebbuġa ma kinux preċiżi quddiem il-lasta.

Marsaskala kienu aktar preċiżi fit-tieni sessjoni u meritatament kisbu vantaġġ ta’ 5-3. Huma bnew vantaġġ ta’ 3-1 u wara li Birżebbuġa naqqsu d-distakk darbtejn għal gowl, lob mill-isbaħ ta’ Kyle Navarro ta vantaġġ doppju lil Marsaskala.

It-tim ta’ Dorian Pisani assigura r-rebħa fit-tielet sessjoni bi tliet gowls mingħajr risposta li waslu minn doppjetta ta’ Averka u gowl mill-isbaħ bejniethom ta’ Kristijan Milakovic.

Fl-aħħar sessjoni, Birżebbuġa pruvaw inaqqsu d-distakk iżda fit-tliet okkażjonijiet Marsaskala żammew il-vantaġġ ta’ ħames gowls u kellhom anki ċ-ċans li jissiġillaw ir-rebħa.

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (2), A. Camenzuli, M. Manara (1), M. Aquilina, L. Grixti, K. Navarro (1), K. Milakovic (2), K. Averka (4), J. Culic (1), R. Attard, D. Borg Millo (1), M. Borg, L. Felice (1), J. Ciantar

Birżebbuġa: D. Spiteri, M. Borg, N. Cassar, D. Pace Lupi, R. Spiteri, A. Petkovic (5), S. Vassallo (1), D. Cutajar, J. Bajada, M. Cutajar, A. Goreta, M. Ortoleva (1), A. Bugeja, C. Farrugia, J. Cremona

Referees: Ronnie Spiteri, Adrian Alexandrescu