Futbol Sport

Milan u Eintracht Frankfurt ipartu lil Ante Rebic u Andre Silva

Hekk kif fadal ftit sigħat biex jagħlaq is-suq tat-trasferimenti madwar il-maġġoranza tal-pajjiżi fl-Ewropa, Milan għamlu akkwist importanti fil-fażi offensiva hekk kif Ante Rebic se jirritorna fl-Italja.

Il-Kroat wasal Milan il-Ħadd filgħaxija u t-Tnejn jagħmel l-eżami mediku. Id-Direttur Sportiv ta’ Eintracht Frankfurt Fredi Bobic ikkonferma l-aħbar u qal li Rebic xtaq li jmur jilgħab l-Italja.

Bħala parti mit-trasferiment, l-attakkant Andrè Silva se jingħaqad mal-klabb Ġermaniż bi bdil. Silva lagħab is-Sibt li għadda ma’ Milan kontra Brescia u se jagħmel l-eżami mediku llum. Iż-żewġ plejers se jingħaqdu mal-klabbs il-ġodda b’self għal sentejn, bil-bdil hu fuq valur ta’ €25 miljun.

Tags