Sport Sport Ieħor

Quintana jitla’ fil-quċċata tal-klassifika ġenerali ta’ La Vuelta

(Ritratt: EPA)

Tadej Pogacar rebaħ id-disa’ stadju ta’ La Vuelta hekk kif il-Kolombjan Nairo Quintana tela’ fil-quċċata tal-klassifika ġenerali. Din hi l-ewwel darba li Quintana jinsab fil-quċċata minn meta rebaħ l-edizzjoni tal-2016.

Iċ-ċiklist ta’ 20 sena għeleb lil Quintana bi 23 sekonda fil-quċċata ta’ Cortals d’Encamp hekk kif Primoz Roglic spiċċa fit-tielet post. L-istadju iebes ta’ 94.4km involva liċ-ċiklisti jitilqu minn Andorra u jgħaddu mill-muntanja Engolasters għall-ewwel darba fl-istorja ta’ dan l-avveniment.

Fit-tmien stadju tas-Sibt, kien il-Franċiż Nicolas Edet li ħa l-flokk l-aħmar iżda spiċċa żewġ minuti u 21 sekonda wara Quintana biex niżel fis-seba’ post fil-klassifika. Illum hi l-ewwel ġurnata ta’ mistrieħ ta’ din l-edizzjoni qabel it-time trial ta’ għada minn Jurancon sa Pau.

Kif spiċċaw id-disa’ stadju: 1. Tadej Pogacar 2:58.09, 2. Nairo Quintana +0.23, 3. Primoz Roglic +0.48, 4. Alejandro Valverde +0.48, 5. Marc Soler +0.57, 6. Hermann Pernsteiner +0.59, 7. Sergio Higuita +1.01, 8. Wilco Kelderman +1.01, 9. Miguel Angel Lopez +1.01, 10. Tao Geoghegan +1.38

Klassifika Ġenerali: 1. Nairo Quintana +35:18.18, 2. Primoz Roglic +0.06, 3. Miguel Angel Lopez +0.11, 4. Alejandro Valverde +0.20, 5. Tadej Pogacar +1.42, 6. Carl Fredrik Hagen +1.46, 7. Nicolas Edet +2.21, 8. Rafal Majka +3.22, 9. Wilco Kelderman +3.53, 10. Dylan Teuns +4.46