Lokali

Streep issellem ix-xogħol ta’ Caruana Galizia li kixfet il-Panama Papers f’Malta

L-attriċi internazzjonali Meryl Streep irrikonoxxiet ix-xogħol li għamlet Daphne Caruana Galizia meta ppreżentat il-film ‘The Laundromat’ li intwera għall-ewwel darba f’Venezja.

Streep tkelmet fil-premiere tal-film li sar il-Ħadd fejn fakkret ix-xogħol ta’ madwar 300 ġurnalist investigattiv internazzjonali li kixfu l-istorja fl-2016. Hi qalet li din l-istorja ssegwi l-ġurnalisti li wara li kixfu dak li kien qed iseħħ minn Mossack Fonseca, spiċċaw vittmi u nqatlu.

Id-Direttur tal-istess film, Steven Soderbergh saħaq li l-film huwa fejn wieħed jidħaq tul il-film biex it-telespettaturi jibqaw jiftakru l-messaġġ wara l-film.

Il-film ‘The Laundromat’ huwa bbażat fuq Mossack Fonseca, il-kumpanija li Daphne Caruana Galizia għal xhur sħaħ kienet investigat, u jsegwi l-istorja ta’ armla li tfittex dwar il-kontijiet ta’ żewġha wara li miet. Minn hemm, l-istorja tkompli li żvelat lid-diretturi tal-kumpanija, Jurgen Mossack u Ramon Fonseca.