Lokali

Annabelle Williams f’Malta biex tammira t-talent li joffri pajjiżna

Mill-Ġimgħa 30 ta’ Awwissu sal-Ħadd 1 ta’ Settembru il-Kumpanija ‘La Voix’ organizzat Bootcamp għall-istudenti tagħha

Preżenti għal dan il-Bootcamp kien hemm il-kantant Malti Ivan Grech, Il-Muxu kif ukoll Peter Paul mill-Band Tribali

Il-mistiedna speċjali f’din l-attivita’ kienet Annabelle Williams, li hija l-għalliema tal-vuċi f’Britain’s Got Talent, XFactor kif ukoll l-għalliema tal-kantanta ferm popolari Katy Perry

55 student ipparteċipa f’dan il-Bootcamp fejn wara li kull student interpreta kanzunetta quddiem Annabelle Williams, intagħżlu l-aħjar 4 studenti fejn ġew mogħtija diska oriġinali mill-kumpanija li jitgħallmu il-vuċi magħha.