Futbol Sport

Bdil ta’ gowlkipers bejn Paris Saint-Germain u Real Madrid

(Ritratt; EPA)

Paris Saint-Germain għamlu akkwist importanti wkoll fid-difiża hekk kif akkwistaw lill-gowlkiper Keylor Navas mingħand Real Madrid għal €13-il miljun. Fl-istess trasferiment, il-gowlkiper regolari Alphonse Areola ngħaqad mal-Madrileni b’self għal staġun.

Navas ħalla lil Real Madrid wara ħames staġuni fejn fosthom rebaħ tliet darbiet il-UEFA Champions League u erba’ darbiet it-Tazza tad-Dinja tal-klabbs. Fl-istaġun li għadda u l-bidu ta’ dan l-istaġun, Navas spiċċa riserva ta’ Thibaut Courtois li ngħaqad magħhom mingħand Chelsea.

Għal Areola li għandu 26 sena, se jservi ta’ riserva għall-gowlkiper Belġjan. Dan se jkun ritorn għalih fil-kampjonat Spanjol wara esperjenza ma’ Villarreal fl-istaġun 2015/16.