Mara ta’ 49 sena weġġgħet gravi wara li kmieni dalgħodu tilfet il-kontroll tal-mutur li kienet qed issuq. L-inċident seħħ ftit qabel id-9am fi Triq il-Wied, l-Imsida.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fil-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li l-mara, li hi minn Raħal Ġdid, kienet qed issuq mutur tat-tip Hyosung Mirage, meta għal xi raġuni tilfet il-kontroll u waqgħet. Il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn iktar tard ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>