Il-proposta tar-residenti ta’ Santa L;utitlob li minflok isir il-proġett kif pjanat, issir mina ta’ 500 metru taħt it-Triq tal-Barrani li twassal għar-roundabout ta’ Santa Luċija u dan ikun ifisser ħafna anqas art li tittieħed.
Għalkemm kien konfermat li l-proposta li tressqet tista’ ssir, xorta waħda, il-Gvern qed isib kull skuża biex jibqa’ għaddej bil-proġett kif kien ippjanat oriġinarjament. Bi skuza li dan mhux finanzjarjament vijabbli.
Filfatt il-Gvern qed iġib diversi skużi mingħajr ma saret analiżi tal-ispejjeż jew il-benefiċċji tal-mina proposta mis-Save Santa Lucija Open Spaces Network.
Intant meta ndirizza l-media, il-Ministru tat-Trasport Ian Borg stqarr li “l-ispazju fit-toroq huwa dak li hu’’ – u dan meta beda jaghmel referenza ghall-E-Scooters, hekk kif ġiet imnedija linji gwida dwar l-użu tagħhom.
Id-dokument diġa’ qajjem dibattitu, ghaliex minflok jagħti kumpens lil min juża mezzi oħra ta’ trasport sabiex jitnaqqsu l-ammont ta’ karozzi u t-tniġġis fl-arja, il-Gvern qed jara kif ser jdaħħal xi ħaġa tal-flus…anke minn dan il-mezz.
Skont id-dokument preżentat mill-Gvern, persuni li jagħmlu użu mill-E-Scooter iridu jħallsu liċenzja ta’ €25 fis-sena, u €11.65 sabiex jirreġistraw il-vettura. Filwaqt li l-operatur irid iħallas €200 bħala ‘Operating Fee’.
Waqt li wieħed ikun qed isuq E-Scooter mal-lejl irid jibda jilbes ġakketta li tidher iżda mhux bilfors jintlibes helmet – u anke din, qed tqajjem ħafna domandi.
//= $special ?>