Il-Ministru Joe Mizzi, elett fil-Parlament mit-tieni distrett elettorali, li jinkludi l-Kottonera, mhux komdu jieħu pożizzjoni ċara dwar jekk għandux jaqbeż għar-residenti tad-distrett jew għan-negozjanti li jmexxu l-Università tal-Ġordaniżi.
Fi tmiem konferenza tal-aħbarijiet, hu kien mistoqsi minn NET News dwar jekk hux lesta jiddefendi lir-residenti qrib l-Università tal-Ġordaniżi wara l-proposta tan-negozjanti li jibnu dormitorji għall-istudenti tagħhom.
In-negozjanti applikaw mal-Awtorità tal-Ippjanar biex jibnu d-dormitorju mqassam fuq diversi sulari, fi Triq San Pawl f’Bormla, minkejja li s’issa l-Università tal-Ġordaniżi għadha tilqa’ biss ftit għexieren ta’ studenti.
Din il-proposta ġabet ir-reazzjoni negattiva minn għadd ta’ Sindki Laburisti taż-żona. Iżda l-Ministru Joe Mizzi, minkejja li elett mill-istess residenti, qed iħossu skomdu jieħu pożizzjoni. (
Aktarx li l-Ministru kien qed jirreferi għall-mistoqsijiet li sarulu mill-gazzetta The Malta Independent. Hu kien kwotat li kkummenta fis-sens li jinsab fiduċjuż li din l-Università se tilħaq il-miri tagħha skont il-kuntratt – xi haga li zgur ma sserrahx mohh ir-residenti.
U mistoqsi mill-ġdid biex jirrepeti dak li qal lill-gazzetta, il-Ministru għażel li jibqa’ ma jikkommetix ruħu.
Min-naħa tagħhom, mistoqsija mill-istess gazzetta, it-tmexxija tal-Università ma wieġbux dwar jekk hux se jagħtu każ it-tħassib tar-residenti wara l-applikazzjoni tagħhom għad-dormitorju.
//= $special ?>