Lokali

Inċident f’San Ġwann jikkawża konfużjoni sħiħa

Ritratt: Martin Agius

Inċident tat-traffiku li seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tad-9:30am ħoloq konfużjoni sħiħa fi Triq tal-Balal direzzjoni lejn San Ġwann. Il-ħabta seħħet fir-roundabout, eżatt kif tibda Tal-Balal minn naħa ta’ San Ġwann.

Għal ħin twil inġema’ ammont kbir ta’ traffiku fiz-zona sakemm il-karozzi involuti ġew imċaqalqa mill-post.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.