Iċ-champion renjanti Naomi Osaka kienet eliminata mill-fażi tal-aħħar 16 tal-Open tal-Istati Uniti wara li kienet megħluba 7-5, 6-4 minn Belinda Bencic. It-tennista mill-Iżvizzera kisret is-service ta’ Osaka tard fl-ewwel set u fil-ħames logħba tat-tieni set.
Din it-telfa tfisser li t-tennista Ġappuniża se titlef il-quċċata tar-rankings, bir-rebbieħa tal-Open ta’ Franza Ashleigh Barty se tirritorna fil-quċċata. Għal Bencic li għandha 22 sena, din se tkun it-tieni darba li tinsab mal-aħħar tmienja.
Hi għaddiet ukoll mal-aħħar tmienja fl-2014 u fil-fażi li jmiss se tilgħab kontra Donna Vekic li għelbet lil Julia Goerges 6-7, 7-5, 6-3 f’logħba li damet sagħtejn u 42 minuta.
Osaka li għelbet lil Serena Williams fil-finali tas-sena l-oħra biex kisbet l-ewwel Grand Slam fil-karriera. Hi tilfet is-service fl-ewwel opportunità u kellha ssalva żewġ break points biex evitat li tkun 3-0 minn taħt. Hi ssieltet biex reġgħet daħlet fil-logħba qabel għalqet l-ewwel set. Fit-tieni set, Osaka għamlet double fault biex tat logħba oħra lil Osaka, bl-Iżvizzera tirbaħ l-aħħar logħba biex għalqet il-konfront.
Osaka kienet saret in-numru wieħed tad-dinja wara li rebħet l-Open tal-Awstralja f’Jannar li għadda, pożizzjoni li żammitha sa Ġunju qabel Barty telgħet fil-quċċata. Osaka rritorna fl-ewwel post tmien ġimgħat wara iżda Barty se titla’ fil-quċċata anki jekk tilfet fl-aħħar 16 kontra Qiang Wang.
//= $special ?>