Ftit tal-ħin ilu inqalbet karozza fi Triq Reġjonali direzzjoni lejn il-Marsa.
Mhux ċar x’wassal għal da l-inċident hekk kif il-pulizzija qed tinvestiga.
Fuq il-post issejħu Membri tal-Protezzjoni ċivili li qelbu l-karrozza lura fuq ir-roti tagħha.
Skont l-ewwel informazzjoni li ksibna jidher li mara kienet qed issuq il-karozza tat-tip ‘Seat’ meta għal xi raġun tilfet il-kontroll tal-vettura iżda b’xorti tajba ma jidher li ġarbet l-ebda ġrieħi gravi.
Il-lane li fih inqalbet din il-karozza huwa dak li tasal għalih mil-lane li Infrustructure Malta wessgħet fl-aħħar ġimgħat fejn waqt ix-xogħolijiet kien qed jinħoloq ammont kbir ta’ traffiku.
Kawza ta’ dan l-inċident it-triq ingħalqet għal xi ħin.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej …
//= $special ?>