Lokali

L-AirMalta qed tonfoq l-eluf f’kiri ta’ ajruplani

Wara li fl-aħħar jiem ħarġet l-aħbar li l-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, tinsab lura fiż-żona il-ħamra fejn jidhlu l-finanzi sena biss wara li kien mħabbar is-suppost profitt tal-kumpanija, li tant ftahar bih il-Gvern u l-Ministru Konrad Mizzi….issa jidher li l-AirMalta m’għandiex biżżejjed ajruplani biex taħdem, u għalhekk qed tonfoq flejjes kbar f’kiri ta’ ajruplani.

Filfat, wieħed minn dawn l-ajruplani, tat-tip A320 li għandu madwar 16-il sena, niżel Malta fl-aħħar sigħat u inkera mil-linja nazzjonali tal-ajru biex it-Tlieta jintuża mill-Air Malta.

Dan l-ajruplan li inkera minn Orange2fly wasal Malta minn Amsterdam u se jmur Oslo f’titjira tal-AirMalta… titjira li se tkompli titfa lill-AirMalta fiż-żona l-ħamra minħabba l-prezz għoli li qed  tonfoq biex tikri, hekk kif huwa estimat li dan l-ajruplan jinkera bi prezz li jaf iqarreb madwar 300,000 ewro fix-xhar.

Net News ilu jirrapporta li kien hemm okkażżjonijiet fl-aħħar xhur fejn l-Air Malta kriet aktar minn ajruplan wieħed matul ġurnata waħda.

Skont sors internazzjonali li janalizza l-industrija tal-avjazzjoni, il-mossa tal-Gvern li bla pjan idahhal rotot ġodda “kellu impatt finanzjarju negattiv” fuq il-linja nazzjonali tal-ajru.

Fl-aħħar rapport tagħha, CAPA tgħid li l-AirMalta spiċċat lura fiż-żona l-ħamra fis-sena finanzjarja 2019 ….li ntemmet f’Marzu.

Iffaċjat mill-mistrosijiet ta’ Net News, Konrad Mizzi baqa’ jiċħad dan ir-rapport.

Sabiex jitnaqqas it-telf, il-CAPA qalet li l-Air Malta trid twaqqaf l-espansjoni u żżid il-frekwenzi minflok tinvesti f’aktar destinazzjonijiet ġodda – rotot li l-kumpanija zgur mhix tiflah ghalihom.