Futbol Sport

Llorente uffiċjalment plejer ta’ Napoli

(Ritratt: Getty Images)

Wara li fl-aħħar jiem tħabbar li laħaq ftehim, ilbieraħ waslet l-uffiċjalità li Fernando Llorente sar plejer ta’ Napoli. L-attakkant kien plejer liberu wara li spiċċa l-kuntratt ta’ sentejn ma’ Tottenham Hotspur u ffirma kuntratt ta’ sentejn man-Naplitani.

Llorente se jagħti esperjenza internazzjonali lill-kowċ Carlo Ancelotti, bl-Ispanjol ta’ 34 sena se jservi ta’ riserva għal Arkadiusz Milik, irwol li spikka fih ma’ Tottenham speċjalment l-istaġun li għadda.

Għall-attakkant dan se jkun ritorn fil-kampjonat Taljana wara li bejn l-2013 u l-2015 lagħab ma’ Juventus taħt it-tmexxija ta’ Antonio Conte. Ma’ Juventus hu lagħab 92 logħba u skorja 27 gowl filwaqt li rebaħ darbtejn is-Serie A, darba l-Coppa Italia u darbtejn is-Supercoppa Italiana.

Tags