Balzan għamlu akkwist importanti fl-attakk meta laħqu ftehim ma’ Birkirkara biex jakkwistaw lil Luke Montebello b’self sa tmiem l-istaġun. Montebello deher li se jkun pedima importanti fit-tim Karkariż f’dan l-istaġun, iżda l-ispazju tiegħu ngħalaq konsegwenza tal-akkwisti fl-attakk ta’ Federico Falcone u Edison Luis dos Santos. Dan minbarra li fl-attakk hemm ukoll Jorginho u Michael Mifsud.
Wara esperjenza fin-nursery ta’ Birkirkara, Montebello kellu esperjenza ma’ Livorno u f’Settembru tal-2013 ingħaqad ma’ Valletta u magħhom rebaħ il-kampjonat u l-FA Trophy. Fis-sentejn ta’ wara u kellu esperjenzi b’self ma’ Żebbuġ Rangers u Tarxien Rainbows. Fl-istaġun 2016/17 hu lagħab b’self ma’ Pembroke Athleta iżda wara reġa’ rritorna ma’ Valletta fejn rebaħ is-Super Cup. Fis-sajf ta’ sentejn ilu, Luke Montebello għamel ritorn ma’ Birkirkara.
Montebello ngħaqad ma’ Kristijan Naumovski, Augustine Loof, Stefan Dimic, Arthur Faria Machado, Ryan Scicluna u Marcus Grima bħala l-akkwisti ta’ Balzan f’dan is-sajf.
//= $special ?>