Iċ-Champions tal-waterpolo lokali Neptunes qegħdin jippruvaw jikkonvinċu lill-captain tagħhom Niki Lanzon biex ma jirtirax mix-xena tal-waterpolo fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. Dan wara li huwa stess wera x-xewqa li jirtira wara karriera twila mimlija suċċess.
L-uffiċjali tal-klabb ta’ Neptunes jemmnu li minkejja li fis-16 ta’ Settembru li ġej Lanzon jagħlaq 39 sena, għadu ħafna validu u jista’ jagħti aktar lil dan it-tim. Fil-fatt minkejja l-età tiegħu Lanzon għadu fiżikament tajjeb u tal-anqas jista’ jilgħab staġun ieħor mal-klabb, jemmnu d-diriġenti tan-Neptunes.
Il-captain tan-Neptunes li jilgħab ħafna fis-‘centre’ rebaħ disa’ kampjonati tas-sajf ma’ dan il-klabb glorjuż li waslu fl-2006, 2007, 2010, 2011, 2012, 2013, 2014, 2016 u 2018. Rebaħ ukoll ħames knock-outs fl-2003, 2005, 2011, 2012 u 2014.
Unuri oħra kienu l-kampjonat tax-xitwa li rebħu tmien darbiet fis-sena 2000, 2002, 2003, 2004, 2006, 2008, 2013 u 2015. Sadanittant rebaħ ukoll il-plejer tas-sena darbtejn fl-2001 u 2004.
//= $special ?>