Persuna aktarx weġġgħet wara li kienet involuta f’ħabta fi Triq Aldo Moro, fil-Marsa.
Fl-inċident, li seħħ għall-ħabta tal-10.20am, il-persuna kienet qed issuq il-vettura tagħha fid-direzzjoni ta’ Raħal Ġdid meta, għal xi raġuni, seħħ l-impatt ma’ vettura oħra.
Fil-post waslu l-Pulizija u tim mediku, li sabu li l-persuna feruta b’xi mod ħarġet jew inħarġet mill-vettura involuta.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa, hekk kif għadu jrid jiġi stabbilit ukoll jekk hemmx persuni oħra li għandhom bżonn l-għajnuna medika.
