L-iskwadri għall-emerġenza qegħdin ikomplu bil-ħidma tas-salvataġġ intensiva wara li dgħajsa nqerdet bin-nirien ‘il hinn mill-kosta ta’ Kalifornja, fl-Istati Uniti.
L-aħħar rapporti qalu li talanqas erba’ katavri kienu rkuprati mill-inħawi u li madwar 29 persuna għadhom neqsin. Dan waqt li ħames persuni kienu salvati minn fuq id-dgħajsa kummerċjali ‘Conception’, li kienet tintuża mill-bugħaddasa u li kienet ankrata ftit metri ‘il hinn mill-gżira ta’ Santa Cruz, lejn il-punent ta’ Los Angeles.
Id-dgħajsa, fl-aħħar sigħat, spiċċat mgħarrqa kważi għal kollox, bil-ħidma ‘search and rescue’ qed tkompli fost iċ-ċpar fl-inħawi.
Mhux eskluż li xi passiġġieri setgħu nqabdu fin-naħa t’isfel tad-dgħajsa li fost oħrajn kienet qed tintuża għall-vjaġġi chartered.
//= $special ?>