Internazzjonali

Boris Johnson jitlef il-maġġoranza wara li deputat qasam il-Kamra

Tikber is-saga Brexit hekk kif il-Prim Ministru Brittanniku Boris Johnson tilef il-maġġoranza Parlamentari wara li deputat tiegħu qasam il-Kamra. Philip Lee rriżenja mill-Partit Konservattiv u ngħaqad mal-Liberal-Demokratiċi.

Filmat li ttella’ fuq il-midja soċjali juri lil Lee fiżikament jaqsam il-Kamra biex imur ipoġġi biswit il-mexxej tal-partit rivali.

F’ittra, li bagħat lill-Prim Ministru, Lee spjega r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni, fejn qal li mill-2016 ‘l hawn ra lill-Partit Konservattiv jinbidel.