Lokali

DataCore tgħin l-isfida LifeCycle 2019

Għall-21 sena konsekkuttiva, l-Isfida LifeCycle mistennija tibda fil-ġimgħat li ġejjin ġewwa l-Vjetamm, Laos u l-Kambodja.

L-isfida LifeCycle issir kull sena sabiex jinġabbru fondi meħtieġa biex jgħinu lill-pazzjenti tal-kliewi, sabiex ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar.

Din is-sena l-kumpanija DataCore ser tkun qed tappoġġja din l-isfida permezz ta’ sponsor. L-isfida LifeCycle ser tgħin sabiex il-kliewi tad-donaturi jitqabblu bl-aħjar mod possibbli mal-pazjent. Bħala produttur ewlieni tas-software li jintuża biex iseħħ dan, DataCore, se jkun qed jappoġġja din l-inizjattiva u jsegwi l-progress tagħha.

Alan Curry, il-fundatur tal-LifeCycle, wera li kull sponsor hu stmat ta’ eroj għaliex jagħmel differenza tanġibbli għar-riżultati tal-pazjenti.