Ir-residenti tal-Kottonera ħolqu grupp ta’ azzjoni ċivili bl-għan li joġġezzjonaw għall-estensjoni tal-Kampus tal-American University of Malta f’Dock 1 u l-madwar.
Fi kliemhom, dan il-grupp ċivili ġie ffurmat wara li rrealizzaw li kontra ta’ dak li kienu qed jaħsbu r-residenti, u anka kif ġie inkorretament irrapurtat f’ċertu artikli fil-midja, ħadd mill-kunsilli lokali tal-Kottonera m’oġġezzjona formalment għal dan l-iżvilupp.
Innutaw kif il-kunsilli lokali ta’ Bormla u ta’ Senglea bagħtu ittri formali lill-PA, joġġezzjonaw biss għat-teħid ta’ spazji għall-parking li kien ħa jirriżulta mill-iżvilupp.
Kien biss il-kunsillier Senglean f’isem il-Partit Nazzjonalista Malcolm Gatt li daħħal oġġezzjoni bħala individwu, fejn esprima t-telf ta’ spazji pubbliċi tal-kommunita’, kif ukoll tħassib dwar telf ta’ wirt storiku.
Entitajiet oħrajn li daħħlu oġġezzjonijiet simili kienu l-‘Forum Kumunita Bormliża’, ‘Għaqda Dilettanti Sajjieda Barklori Isla’, ‘Flimkien Għal Ambient Aħjar’, ‘Din L-Art Ħelwa’, ‘Futur Ambjent Wieħed’ u ħafna individwi.
Il-Membru Parlamentari f’isem il-Partit Laburista Glenn Bedingfield riċentement ukoll tkellem fuq il-midja fuq dawn l-issues b’mod pubbliku. Minkejja numru ta’ vjolazzjonijiet ta’ gwidi għall-ippjanar, dal-proġett qed jiġi rrakkommandat li jkun approvat mill-uffiċjal tal-każ tal-PA.
L-applikazzjoni tal-PA tinvolvi l-kostruzzjoni ta’ bini amministrattiv bejn il-British u n-Knights Building. Din il-binja ħa tieħu post spazju miftuħ tal-kommunita’ fuq ix-xatt ta’ Dock 1 li riċentament ġie restawrat b’fondi ta’ l-EU.
L-AUM ħa tieħu wkoll in-Knights Building, ħa żżid żewġ sulari ma’ dal-bini u tibni estensjoni fuq in-naħa tal-lemin. L-għoli miżjud ħa jgħatti l-vista tal-fortifikazzjonijiet ta’ Senglea minn Dock 1. Dil-veduta ħa tkun mgħottija wkoll b’din l-estenzjoni, li wkoll ħa tieħu spazju tal-kommunita’ f’Dock 1 (araw ritratti ma’ l-imejl)
L-applikazzjoni għal bini tad-dormitorju u car park, spazju miftuħ b’ wirt storiku arkeoloġiku, fi Triq San Pawl hi wkoll parti minn dan il-‘campus masterplan’. Pero’ d-deċiżjoni fuq l-applikazzjoni għal dil-parti ta’ l-estenzjoni ġiet posposta għalissa.
Biex tiffirma l-petizzjoni: http://chng.it/xD8gfybQrW
//= $special ?>