Tliet snin wara li tneħħa l-bżonn li dawk li joperaw il-massage parlours ikollhom liċenzja speċifika, il-Gvern Laburista issa qed jirrealizza li dan kien żball u għamel u-turn.
Dan hekk kif tnediet konsultazzjoni pubblika dwar riforma li fost l-oħrajn trid tindirizza l-massage parlours u li qed terġa’ ssemmi l-bżonn li dawn ikunu liċenzjati.
It-tnedija tal-konsultazzjoni pubblika saret biss ftit tal-jiem wara li l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija appella lill-Gvern biex immedjatament jirregolarizza l-massage parlours biex jiġġieled it-traffikar tal-bnedmin. Dan wara li fost l-oħrajn sar magħruf li pajjiżna ra żieda inkwetanti ta’ persuni li spiċċaw isofru minn mard relatat mas-sess wara li żaru massage parlours.
Iżda meta affaċjajniha bid-domandi, is-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli naqset milli tametti li dan hu tort tad-deċiżjoni mgħaġġla tal-Gvern, li issa se jkollu jerġa’ lura minnha.
//= $special ?>