Lokali Saħħa

Jogħla anki l-prezz tal-pilloli tal-qalb

Wara l-ħobż, il-ħalib u l-fjuwil, issa kien imiss il-pilloli tal-qalb

Numru ta’ nies li tkellmu magħna qalulna li l-pilloli tal-qalb li jġibu l-isem ta’ Entresto għolew bi kważi €30.

Dawn il-pilloli li kienu jiswew €114.90ċ, issa saru €144.00.

Il-persuni li tkellmu magħna qalulna li din iż-żieda ġiet ħabta u sabta, fejn lanqas kienu infurmati mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Uħud qalu li ma jistax ikun li l-mediċina żżid fil-prezz b’dan il-mod. Huma sostnew magħna li din iż-żieda hija inġusta, għax l-awtoritajiet jafu li din il-mediċina hija tant kruċjali biex tbaxxi l-pressjoni u tgħin fiċ-ċirkolazzjoni tad-demm.