Il-Fondazzjoni Richmond flimkien ma’ CareMalta u Learning Works ser ikunu qed joffru programm ta’ taħriġ li se jiffoka fuq is-support u l-kura ta’ persuni bi problemi ta’ saħħa mentali.
Il-kors li se jibda minn Novembru li ġej se jkun twil erba’ xhur u matulu se jiġi diskuss l-etika fis-settur tas-saħħa mentali, il-kommunikazzjoni, l-att legali, kif ukoll il-prattiċi ideali tal-kura u s-support ta’ persuni bi problemi ta’ saħħa mentali. Il-kors se jkun fil-Livell 4 tal-qafas nazjonali tal-kwalifiki.
Stephania Dimech Sant, Kap Eżekkutiv tal-Fondazzjoni Richmond saħqet kif minkejja li l-Fondazzjoni kienet minn dejjem ta’ quddiem fejn jidħlu standards f’dan is-settur, dan huwa pass ieħor sabiex inkomplu intejbu l-istandards fuq bażi nazzjonali.Tkellmet ukoll Natalie Briffa Farrugia, kap eżekkutiv ta’ CareMalta illi stqarret kif l-ikbar ċavetta biex inkomplu nimxu l-quddiem huwa r-riżors uman. U ghalhekk, dan il-kors ta’ taħriġ mhux biss hu mistenni li jagħti frott immedjat iżda ukoll li jkun ta’ pedament għal żvilluppi futuri.
//= $special ?>