Il-Papa Franġisku ħatar lill-Monsinjur Antoine Camilleri Arċisqof Titulari ta’ Skálholt fl-Islanda u Nunzju Appostoliku.
Il-Monsinjur Antoine Camilleri gradwat fil-ligi u ħadem fil-komunitajiet ta’ Papua New Guinea, l-Uganda u Cuba.
Intant l-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech u l-Isqof Awżiljajru Joseph Galea-Curmi, laqgħu din l-aħbar b’ferħ, filwaqt li wegħdu t-talb tal-Knisja f’Malta u Għawdex għal din il-missjoni ġdida fdata lil Monsinjur Camilleri.
//= $special ?>