Negozjati jinsabu għaddejjin bejn il-Prosekuzzjoni u d-difiża flimkien ma’ wieħed mill-Libjani akkużati b”hijack’ biex huwa jixhed kontra sieħbu. Jekk dan iseħħ huwa mifhum li dan il-każ f’termini legali jissejjaħ patteġġament Shah Soko Moussa, Libjan ta’ 29 sena jiġi kundannat 10 snin ħabs.
Il-Prosekuzzjoni qed tinsisti li wieħed mill-hijackers li seħħ fl-2016, fuq titjira Afriqiyah Airways A320 jingħata minimu ta’ 10 snin ħabs, iżda dejjem jekk jixhed kontra t-tieni hijacker, ukoll Libjan.
Il-Prosekuturi jridu li dan iseħħ, dejjem bil-kundizzjoni ta’ ammissjoni ta’ ħtija qabel ma jibda l-ġuri li għadu ma ġiex appuntat. F’negozjati mal-Avukat Ġenerali, il-Prosekuzzjoni qed tinsisti fuq 10 snin priġunerija, bil-kundizzjoni li Shah Soko Moussa minn Sebha fil-Libja jixhed kontra l-akkużat l-ieħor, Ali Ahmed Saleh ta’ 30 sena, minn Sebha wkoll.
Fuq il-każijiet kollha l-piena massima hija ta’ għomor il-ħabs. Dawn it-tnejn li kienu favur ir-reġim ta’ Gaddafi qegħdin ikunu akkużati li wettqu hijacking tal-ajruplan in kwistjoni jumejn qabel il-Milied, fit-23 ta’ Diċembru tal-2016. Dawn qed jiffaċċjaw ħafna iktar akkużi, fosthom dawk marbuta ta’ terroriżmu.
L-arjuplan kellu fuqu 111-il passiġġier u sitt membri tal-ekwipaġġ, qabel ma kien maħtuf. Moussa kien ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €20,000 u garanzija personali ta’ €50,000 fi Frar li għadda. Il-każ għandu jkompli jinstema’ f’Ottubru li ġej.
L-avukat George Anton Buttigieg qed jidher għal Moussa filwaqt li l-avukat Marc Sant qed jidher għal Saleh u l-avukati Elaine Mercieca Rizzo u Charles Mercieca qed jidhru għall-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
//= $special ?>