Sport Waterpolo

Otters isir l-ewwel tim Għawdxi li jirbaħ diviżjoni nazzjonali tal-waterpolo

It-tim ta’ Otters rebaħ id-diviżjoni tiegħu fil-kategorija ta’ taħt il-15-il sena wara li kiseb tmien rebħiet minn disa’ logħbiet. Il-kampjonat tagħhom kien maqsum fuq tliet rawnd u magħhom kien hemm Exiles, Birżebbuġa u Marsaskala. B’hekk huma saru l-ewwel tim Għawdxi tal-waterpolo li kiseb suċċess fuq bażi nazzjonali, anki jekk ma kellhomx pixxina f’Għawdex biex jitħarrġu bejn Ottubru u Mejju.

It-tim kien magħmul minn Jerome Attard, Isaac Azzopardi, Steve Bajada, Anthony Borg, Lara Camilleri, Zac Camilleri, Andrew Dimech, Luigi Dimech, Gianfranco Gatt Ellis, Matthew Farrugia, Mattia Grech, Kyle Lupi Spencer, Thomas Milne, Pawlu Spiteri u Gabriel Vella. It-tim kien immexxi minn Jean-Luc Zahra bl-assistenza ta’ Paul Dimech u t-Team Manager George Azzopardi. Il-Viċi President tal-ASA Karl Galea ppreżenta l-midalji u t-trofew filwaqt li l-assistent kowċ tat-tim nazzjonali Anthony Farrugia kien preżenti.