Raġel li nqabad mill-Pulizija Ungeriża suspettat li hu terrorist tal-ISIS kien jgħix f’Malta permezz ta’ dokumenti foloz matul is-sena li għaddiet.
Il-ġurnal Times of Malta żvela li prosekuturi f’Budapest fetħu proċeduri kontra Hassan Farhoud – Sirjan ta’ 27 sena – fuq akkużi ta’ terroriżmu u li ordna diversi eżekuzzjonijiet mill-ISIS fis-Sirja lura fl-2016.
L-iskwadra Ungeriża ta’ kontra t-terroriżmu qed tikkordina l-investigazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn fl-UE fosthom Malta, il-Belġju u l-Ġreċja.
Il-Pulizija ikkonfermat ma’ Times of Malta li Farhoud kien għex f’Malta “għal xi żmien”. Is-sena li għaddiet, hu ngħata sentenza sospiża wara li nqabad li kien qed jgħix Malta illegalment permezz ta’ dokumenti foloz.
Wara li kien arrestat f’Malta, Farhoud mar il-Greċja fejn ukoll inqabad b’dokumenti foloz. Eventwalment hu mar l-Ungerija u kien qed jgħix hemm sakemm ġie arrestat f’Marzu li għadda.
Jekk Farhoud jinstab ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, hu jista’ jeħel għomor il-Ħabs.
//= $special ?>