Lokali

Ċelebrazzjoniiet tal-Indipendenza li jixhdu soċjetà li jimpurtaha

Matul il-jum tal-Erbgħa, il-Partit Nazzjonalista organizza dik li ssejħet mini maratona ġbir ta’ fondi, bħala parti mill-attivitajiet li l-Partit Nazzjonalista qed jorganizza biex ifakkar il-55 anniversarju mill-Kisba tal-Indipendenza.

Matulha, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem dwar it-tifsira tal-Indipendenza llum, anke fid-dawl tad-dħul ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropa.

Adrian Delia qal li wieħed irid jara x’inhi l-politika li qed iħaddan il-pajjiż tagħna llum, fosthom dwar il-libertà tal-espressjoni.C

Hu spjega wkoll kif din is-sena se jittellgħu 55 attività, bl-għan li juru xi tfisser soċjetà li jimpurtaha.

Biex issegwi l-intervista sħiħa agħfas hawn.

Fil-jiem li ġejjin, il-Partit Nazzjonalista se jkun qed itella’ ċelebrazzjonijiet varji, fosthom attivitajiet sinonimi ma’ dawn il-Festi bħall-Konkors Kanzuneta Indipendenza u Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior, kif ukoll attiviatjiet oħrajn li huma differenti minn tas-soltu.

Dawn jinkludu żewġ clean-ups – waħda fuq l-art u l-oħra taħt il-baħar – kif ukoll riċevimenti, wirjiet, diskussjonijiet varji, tournaments fosthom tal-Playstation, taċ-chess, tas-Subbuteo u tal-Waterpolo kif ukoll attività ta’ ċiklizmu.

Il-Ġimgħa 20 ta’ Settembru jsir meeting quddiem id-Dar Ċentrali biex imbagħad iċ-ċelebrazzjonijiet jagħlqu s-Sibt 28 ta’ Setteembru f’riċeviment f’’lukanda f’Marsalforn għat-tesserati tal-gżira Għawdxija.