Internazzjonali

Conte jħabbar il-Kabinett il-ġdid

Fost il-Ministri hemm 7 nisa

Wara 14-il xahar bħala Viċi Prim Ministru, is-siġġu ta’ Matteo Salvini fit-tmexxija tal-Ministeru tal-Intern se jittieħed minn Luciana Lamorgese. Dan hekk kif il-Prim Ministru Giuseppe Conte illum preżenta t-tim għall-Gvern il-ġdid tal-Italja.

Il-Gvern Conte 2 se jkun iffurmat minn 9 membri tal-PD illi b’mod straordinarju sabu posthom fil-Kabinett wara li kienu tilfu l-elezzjoni ġenerali.

Il-Movimento 5 Stelle se jkollu 10 Ministri, filwaqt li l-Gvern ta’ Conte se jkollu fih 7 nisa.

Il-Kabinett il-ġdid (21 membru) mistenni jkun ffurmat b’dan il-mod:

Sottosegretarju għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru se jkun Riccardo Fraccaro

Ministru tal-Intern Luciana Lamorgese, li hi l-ixjeħ membru fil-Kabinett

Ministru tal-Ġustizzja Alfonso Bonafede

Ministru tad-Difiza Lorenzo Guerini

Ministro tal-Ekonomija Roberto Gualtieri

Luigi Di Maio għall-Affarijiet Barranin

Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku Stefano Patuanelli

Ministru tal-Agrikoltura Teresa Bellanova

Ministu tal-Ambjent Sergio Costa

Ministru tar-Reġjuni Francesco Boccia

Ministru tal-nfrastruttura u Trasport Paola De Micheli

Ministru tas-South Giuseppe Provenzano

Ministru għall-Innovazjoni Paola Pisano

Ministru tal-Amministrazjoni Pubblika Fabiana Dadone

Ministru tal-Opportunitjiet Indaqs Elena Bonetti

Ministru tal-Ħidma Parlamentari Vincenzo D’Incà

Ministru tal-Affarijiet Ewropej Enzo Amendola

Ministru tax-Xogħol Nunzia Catalfo

Ministru tal-Istruzjoni Lorenzo Fioramonti

Ministru tal-Kulutra u t-Turiżmu Dario Franceschini

Ministru tas-Saħħa Roberto Speranza

Ministru taż-Żgħażagħ u l-Isport Vincenzo Spadafora