Lokali

It-traffiku jkompli jżid iċ-ċans tal-ażma

Fl-aħħar snin,  l-ammont ta’ persuni li jbatu mill-ażma f’pajjiżna żdied, bil-kawża prinċipali jkun l-ambjent ta’ barra li nsibu f’Malta.

Jidher li din il-kundizzjoni hi l-aktar komuni fit-tfal. Fil-fatt, is-sena li għaddiet, 17 fil-mija tat-tfal ta’ bejn il-ħames u t-tmien snin kellhom episodju ta’ qtugħ ta’ nifs, filwaqt li 12.5 fil-mija tat-tfal ta’ bejn it-12 u l-15-il sena kellhom każ simili.

F’intervista mal-ġurnal L-Orizzont, il-Professur Stephen Montefort stqarr kif f’pajjiżna għandna diversi fatturi li jkomplu jżidu ċ-ċans tal-ażma, fosthom it-traffiku u l-binjiet għoljin li qed jittellgħu, bil-konsegwenza li qed jiżdiedu t-trabijiet.

F’Malta, il-karozzi huma fost l-aktar per  kapita. Iżda minbarra l-fatt li ħafna minn dawn jaħdmu bid-diesel, hemm ukoll iż-żieda fin-numru ta’ cruiseliners fil-portijiet tagħna … li fl-aħħar mill-aħħar kollha jwasslu għal żieda f’dan it-tip ta’ mard.

Fatturi oħrajn li jaffettwaw din il-kundizzjoni huma t-trabijiet fid-djar, il-purtieri u t-twaper żejda, kif ukoll annimali domestiċi u t-tipjip.