Lokali

Konrad Mizzi jibqa’ jgiddeb rapport li jgħid li l-Air Malta tinsab fiz-zona l-ħamra

Fl-aħħar jiem ħarġet l-aħbar li l-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, tinsab lura fiż-żona l-ħamra fejn jidhlu l-finanzi, sena biss wara li tħabbar is-suppost profitt tal-kumpanija, li tant ftaħar bih il-Gvern u l-Ministru Konrad Mizzi.

Skont sors internazzjonali li janalizza l-industrija tal-avjazzjoni, il-mossa tal-Gvern li bla pjan idaħħal rotot ġodda “kellu impatt finanzjarju negattiv” fuq il-linja nazzjonali tal-ajru.

Iżda ffaċjat mill-mistoqsijiet ta’ NET News ftit tal-jiem ilu, Konrad Mizzi pprova jiskredita u jiċħad dan ir-rapport.

L-istess fl-aħħar ħinijiet, meta ppruvajna nerġgħu nistaqsu lill-Ministru Mizzi, li din id-darba biddel xi ftit il-verżjoni tiegħu.

Sabiex jitnaqqas it-telf, qed ikun issuġġerit li l-Air Malta twaqqaf l-espansjoni u żżid il-frekwenzi minflok ma tinvesti f’aktar destinazzjonijiet ġodda – rotot li l-kumpanija zgur mhix tiflah ghalihom.

Iżda mhux talli għamlet bil-kontra, talli l-Air Malta qed iżżid ir-rotot meta m’għandhiex biżżejjed ajruplani u kawża ta’ dan, qed ikollha tonfoq eluf kbar f’kiri ta’ ajruplani minn kumpanija oħra.