Kienet suċċess l-operazzjoni fuq iċ-ċkejkna Ellie biex tgawdi minn fwied wara sentejn twal ta’ stennija.
Fuq Facebook, Puttinu Cares fakkar kif iċ-ċkejkna u l-familja gawdew mill-kumdità li jipprovdu l-appartamenti ta’ Puttinu. Kien għalhekk li l-organizzazzjoni rringrazzjat lil dawk kollha li regolarment jgħinu lil persuna bħal Ellie.
Puttinu Cares qed itenni l-appell biex aktar tfal ikunu mgħejjuna meta jkollhom jitilgħu għal trattament mediku fiċ-ċentru ta’ Londra. Għax il-proġett ta’ Puttinu hu miraklu ieħor għall-pazjenti Maltin u Għawdxin.
Għal dawn l-aħħar snin hi kienet qed tingħata għajnuna mill-Malta Community Chest Fund.
//= $special ?>