Il-Membri tal-Parlament Ewropew Nazzjonalista Roberta Metsola, stiednet lill-Presidenza Finlandiża l-ġdida sabiex tingħaqad mal-isforzi li qed jitolbu l-inkjesta pubblika tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, issa li t-tliet xhur stipulati mill-Kunsill tal-Ewropa, għaddejin ġmielhom
Fil-Parlament Ewropew, matul il-ġurnata tal-Erbgħa, Roberta Metsola, li hi wkoll il-Koordinatur tal-Grupp parlamentari tal-PPE għall-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, stqarret kif wara li nqatlu żewġ ġurnalisti, Daphne Caruana Galizia u Jan Kuciak.. L-istati membri tal-Kunsill tal-Ewropa għandhom jisħqu fuq l-importanza li titnieda inkjesta pubblika sabiex tiġi assigurata ġustizzja.
Bħala tweġiba għal dan, il-Ministri tkellmu dwar l-essenzjalita’ tal-protezzjoni tal-istat tad-dritt f’kull Stat Membru u Presidenza u se jkun hemm proponiment dwar l-istat tad-dritt u rapport annwali biex tanalizza dan.
L-MPE Roberta Metsola stqarret ukoll kif s-sistema li tipprovdi ċertezza għal tfittxija u salvataġġ hija meħtieġa bil-kbir, flimkien ma’ sett konkret ta’ miżuri li jippermettu l-qsim tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri kollha.
//= $special ?>