Fl-aħħar għaxar snin, il-popolazzjoni ta’ Malta żdiedet bi kważi 13%. Dan kollu jirrifletti ż-żieda li qed nesperjenzaw fl-ammont ta’ barranin li qed jgħixu u jaħdmu f’pajjiżna…. b’Malta ssir l-iktar stat membru b’popolazjoni densa.
Pajjiżna ra żieda drammatika fil-popolazzjoni ta’ San Pawl il-Baħar…. fejn fil-bidu ta’ din is-sena kien hemm madwar 30,000 persuna jgħixu f’din il-lokalita.
San Pawl il-Baħar, li jinkludi wkoll il-Qawra u Buġibba, ra żieda ta’ 56%. Lura fl-2009 din il-lokalità mdawra bil-baħar kellha biss ftit iktar minn 18,500 persuna. Kien hemm ukoll żieda konsiderevoli fil-popolazzjoni ta’ rħula u bliet partikolarment fit-Tramuntana ta’ Malta.
Interessanti l-fatt li l-akbar żieda seħħet fl-Imsida…. żieda ta’ 58%… ċifra li tlaħħaq 13,713 persuna. F’Tas-Sliema, San Ġiljan u l-Gżira.. l-iktra tliet lokalitajiet magħrufa għaż-żieda ta’ ħaddiema barranin residenti fihom, il-popolazzjoni żdiedet b’iktar minn 40% f’kull lokalità.
Fid-dawl ta’ dan kollu, konsegwenza ta’ din iż-żieda fil-popolazzjoni ta’ pajjiżna, 15,782 persuna qed jgħixu f’dar iffullata, bi kważi 6,000 minnhom jinsabu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali, anke jekk fl-aħħar ġimgħat il-Gvern ftaħar li n-numru ta’ nies f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali naqas.
Minn dawn li qed jgħixu fi djar iffullati – jiġifieri djar li fihom għandhom aktar nies milli jifilħu f’termini ta’ sodod u kmamar – 9,053 qed jgħixu f’garaxxijiet, boathouses jew appartamenti.
Min-naħa l-oħra, minħabba l-għoli tal-ħajja u l-prezzijiet ta’ affarijiet bażiċi dejjem jogħlew, l-għadd ta’ nies f’riskju ta’ faqar komplew jiżdiedu u issa telgħu għal kważi 79,000.
L-istatistika wriet ukoll li l-aktar li qed iħossu l-piż finanzjarju, meta mqabbla ma’ partijiet oħrajn ta’ Malta, huma dawk li jgħixu fin-nofsinhar u fit-tramuntana ta’ Malta. L-NSO wera kif il-piż tad-djar bħala perċentwal tad-dħul disponibbli tela’ għal 4.3 fil-mija minn 3.6 fil-mija … perċentwali li l-aħħar li Malta kienet fih kien lura fl-2015. Minkejja dawn iċ-ċifri inkwetanti, il-Gvern ta’ Muscat jibqa’ jiftaħar bil-‘middle class’ il-ġdida li ħoloq u li qed ngħixu fl-aqwa żmien.
//= $special ?>