Internazzjonali

Anke ħu Boris Johnson jirriżenja mill-Partit Konservattiv

Jo Johnson, ħu l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson, irriżenja minn Ministru u membru tal-Partit Konservattiv. Hu ħa dan il-pass minħabba dak li sejjaħ “tensjoni” fir-rwol tiegħu bħala membru tal-Kabinett.

Hu kien ilu 9 snin fil-Parlament bħala rappreżentant tal-lokalita’ ta’ Orpington.

“Ninsab maqsum bejn il-lealta’ tiegħi lejn ħija u l-lealta’ lejn in-nazzjon”, qal Jo Johnson.

Fir-referendum tal-2016, Jo Johnson kien ivvota biex ir-Renju Unit jibqa’ membru tal-UE.