Żewġ imwiet minn kull tlieta ta’ persuni fl-UE li għandhom ‘il fuq minn 75 sena setgħu ġew evitati. U fejn tidħol Malta, iċ-ċifri huma wkoll ta’ tħassib.
Dan joħroġ minn rapport li ġie ppubblikat illum mill-Eurostat u li jiġbor fih l-imwiet tas-sena 2016, fejn issir differenza bejn każijiet li setgħu ġew trattati u każijiet li setgħu ġew evitati.
Ir-rapport Ewropew jitfa’ dawl fuq il-mod kif il-Gvern qed imexxi s-settur tas-saħħa f’pajjiżna, fejn joħroġ ċar li numru ta’ imwiet ta’ anzjani ‘l fuq minn 75 sena li seħħew fl-2016 setgħu jkunu trattati. L-istatistika tpoġġi lill-Gvern Malti mar-raba’ l-agħar pajjiżi f’dan ir-rigward – ċifri li jixxokjaw meta tqis il-livell għoli ta’ impenn u professjonalita’ li juru n-nies kollha impjegati fil-qasam tas-saħħa. Iżda huwa ċar li l-problemi jmorru lil hinn mill-professjonisti.
Fejn jidħlu imwiet li setgħu ġew trattati, fuqnett tal-lista hemm ir-Rumanija segwita mis-Slovakkja u l-Litwanja. Warajhom eżatt tiġi Malta b’rata ta’ 30 fil-mija tal-imwiet li setgħu ġew evitati bi trattament xieraq.
Skont il-Eurostat, f’sena waħda f’pajjiżna kellna 868 mewt ta’ persuni li bħala pajjiż kellna l-ħila noffru prevenzjoni jew kura diretta lilhom.
//= $special ?>