Internazzjonali

Il-Gvern ta’ Conte jieħu l-ġurament tal-ħatra

Il-PM Taljan Giuseppe Conte

Twieled uffiċjalment il-Gvern Conte 2 – it-tieni Kabinett tal-Ministri immexxi mill-Prim Ministru Giuseppe Conte.

Il-ġurament tal-ħatra ittieħed dalgħodu fl-10am, għalkemm xorta għad jonqos li jittieħed vot ta’ fiduċja fil-Parlament. Dan il-vot għall-Gvern il-ġdid se jittieħed it-Tnejn, u jeħtieġ maġġoranza sempliċi.

Illum stess kellha ssir l-ewwel laqgħa tal-Kabinett ta’ dan il-Gvern “isfar-aħmar” illi ġab flimkien lill-Movimento 5 Stelle u l-PD.

Dan se jkunu s-66 Gvern fl-istorja tar-Repubblika Taljana.