B’298 jivvutaw favur u 56 jivvutaw kontra, il-House of Commons ma approvax il-mozzjoni mressqa mill-Prim Ministru Boris Johnson sabiex tissejjaħ elezzjoni bikrija għall-15 ta’ Ottubru.
Dan wara li d-deputati Ingliżi vvutaw favur li Brexit jiġi pospost sakemm isir ftehim. Dan ifisser li l-maġġoranza tad-Deputati Ingliżi huma kontra n-no deal brexit… huma jridu li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea jseħħ bi ftehim.
Ilbieraħ, fil-House of Commons, il-maġġoranza tad-deputati vvutaw favur li Brexit jiġi pospost sakemm ikun hemm ftehim… 327 vvutaw favur u 299 ivvutaw kontra.
Min-naħa tiegħu Jeremy Corbyn qal li l-Prim Ministru m’għandux strateġija, u lanqas ma ressaq proposti. Corbyn qal li Johnson m’għandux idea fuq it-triq ‘il quddiem dwar Brexit.
//= $special ?>