F’każ separat il-ħamis filgħaxija, persuna tilfet ħajjitha traġikament wara li seħħ inċident bejn mutur u karozza fi Triq il-Qala, Għajnsielem.
Net News hu infurmat li l-vittma hu Taljan ta’ 43 sena.
Il-karozza kienet qed tinstaq minn mara ta’ 30 sena minn Nadur Għawdex.
L-inċident seħħ ftit qabel id-9pm meta għal xi raġuni seħħet il-ħabta.
Fil-post issejħet l-assistenza minn tim mediku mill-emerġenza tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex madanakollu t-Taljan ġie ddikjarat mejjet ftit tal-mumenti wara.
Il-mara wkoll ittieħdet l-isptar iżda ma ġarbet ebda ġrieħi serji.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma li persuna kienet tilfet ħajjitha u li dwar dan il-każ infetħet inkjesta mmexxxija mill-Maġistrat tal-għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
//= $special ?>