Kliem il-Ministru żgur ma jserraħx moħħ il-ġenituri – f’nifs wieħed jgħid li mas-sena l-ġdida se jkollu biżżejjed għalliema tal-Malti u l-Matematika … imbagħad jgħid li għad hemm nuqqasijiet.
Evarist Bartolo kien qed iwieġeb domandi ta’ Net News hekk kif issa ninsabu anqas minn 3 ġimgħat għall-bidu tas-sena skolastika.
Pressat b’aktar domandi, il-Ministru tal-Edukazzjoni xorta ħalla ħafna dubji dwar in-numru ta’ għalliema fl-iskejjel tal-Gvern.
Il-President tal-MUT Marco Bonnici ilu xhur sħaħ jinsisti li fl-iskejjel hemm nuqqas kbir u inkwetanti ta’ għalliema u LSEs.
Ħafna mill-istudenti se jibdew is-sena skolastika tagħhom fl-aħħar ġimgħa ta’ Settembru. Dan jgħodd ukoll għall-iskejjel post-Sekondarji, kif ukoll l-Università.
//= $special ?>