Ir-reġim fundamenalista f’Tehran qed iħejji biex ineħħi l-limitazzjonijiet kollha għar-riċerka u l-iżvilupp nukleari — b’dan qed jitqies bħala l-aħħar pass lejn it-tnaqqis tal-impenji kollha tal-Iran skont il-Ftehim Storiku (Nukleari) tal-2015 li kien laħaq flimkien mal-potenzi tad-dinja.
Il-President Iranjan, Hassan Rouhani qal li l-Iran se jibda jiżviluppa s-centrifuges biex iħaffef l-irraffinar tal-uranju.
Dan meta l-uranju jista’, fost oħrajn, ikun inkorporat fl-armamenti (missili) għall-qerda tal-massa.
L-Istati Uniti, is-sena l-oħra, kienet irtirat mill-ftehim tal-2015 waqt li imponiet mill-ġdid is-sanzjonijiet ‘devastanti’ għall-Iran. Intant, ir-reġim ta’ Rouhani jwieġeb, ix-xahar li għadda, bil-konferma li ma kienx marbut aktar minn żewġ impenji kruċjali fil-qasam nukleari.
Fil-fatt, l-Iran, fl-aħħar jiem, qabeż il-limitu għall-ħażna tiegħu tal-uranju raffinat sa ċertu livell u rigward il-‘ħażniet tal-uranju pur’ fl-artijiet tiegħu.
Taħt il-ftehim tal-2015, l-Iran ma kellux iħaddem aktar minn 5.060 centrifuges – li hu tagħmir ewlieni għall-produzzjoni tal-enerġija u l-bombi nukleari.
L-Iran, fl-aħħar snin, kien insista li qatt ma ried jiżviluppa xi arma nukleari u li dejjem kellu ‘l-iskop uniku’ li jiġġenera l-elettriku.Madankollu, il-President Rouhani issa qal li l-Iran se jibda jiżviluppa numru akbar ta’ centrifuges li, fuq kollox, għandhom jagħtu spinta lill-irraffinar tal-uranju.
//= $special ?>